Thursday, December 26, 2024

Mara tinqatel waqt sparatura f’parata fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

F’parata ta’ ċelebrazzjoni li kienet qed issir mit-tim Kanas City Chiefs wara r-rebħa tagħhom tas-Super Bowl, seħħet sparatura bil-konsegwenza li nqatlet mara.

F’filmati li xxandru fuq il-midja soċjali, deher li kien hemm eluf ta’ persuni għal din iċ-ċelebrazzjoni li nġabru fil-belt ta’ Kansas City. Intant, filmati oħra urew kif malli nstemgħet l-isparatura, kulħadd telaq jiġri minn fuq il-post.

F’kumment li ta lill-midja, kelliem għad-Dipartiment tal-Pulizija qal li b’kollox intlaqtu iktar minn għoxrin persuna bl-istess tiri. Huwa żied jgħid li l-mara li nqatlet ġiet identifikata bħala Lisa Lopes-Galvan.

Sadanittant, tmien persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-kundizzjoni ta’ seba’ persuni oħra għadha pendenti. Fl-isparatura ntlaqtu wkoll disat itfal li iżsa m ġarrbux feriti serji.

B’rabta ma’ dan l-attakk fl-Istati Uniti, ġew arrestati tliet suspettati mir-residenzi tagħhom u bħalissa jinsabu għand il-Pulizija sabiex issir investigazzjoni.

Numru ta’ plejers tat-tim li rebaħ is-Super Bowl sellmu l-memorja tal-vittma u qalu li jinsabu mbikkma b’dan l-attakk.

Min-naħa tiegħu, il-President Amerikan Joe Biden qal li din it-traġedja turi l-ħtieġa ta’ riforma fil-liġijiet tal-pajjiż dwar l-użu tal-armi tan-nar.

Ekonomija

Sport