Thursday, August 14, 2025

Mara tisraq biex issostni l-vizzju tad-droga

Aqra wkoll

Abgail Bugeja ta’ 38 sena, residenti San Ġiljan, tressqet il-Qorti fejn ġiet mixlija b’serq. Din kienet it-tielet darba li l-imputata tressqet il-qorti dwar serq.

Il-Prosekuzzjoni qalet li Bugeja għanda problema kbira ta’ droga, u qiegħda tispiċċa tisraq biex tkun tista’ ssostni l-vizzju tagħha.

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi hekk kif ġiet mixlija li fit-3 ta’ Awwissu li għadda għall-ħabta tal-10am serqet minn blokka ta’ appartamenti f’San Ġiljan stess.

Il-Prosekuzzjoni qalet li Bugeja kienet serqet numru ta’ ħwejjeġ u oġġetti oħrajn minn post qrib sew fejn tgħix hi. Wara li daħal ir-rapport għand il-Pulizija, bdiet investigazzjoni u minn CCTV deher ċar li kienet Bugeja li wettqet is-serqa.

L-Avukat Nicholas Mifsud talab lill-Qorti biex din tingħata l-għajnuna kollha possibbli meta tkun fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, liema talba kienet aċċettata. Bil-Qorti tagħmel rakomadazzjoni dwar dan lid-Direttur tal-ħabs.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport