Monday, July 28, 2025

Mara titlef ħajjitha wara li nqabdet bejn żewġ vetturi fil-Belt Valletta …. raġel jinsab fil-periklu tal-mewt

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku f’Xatt il-Barriera, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Subaru Impreza misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Raħal il-Ġdid u Ford Fiesta, li f’dak il-ħin kienet wiefqa fil-ġenb tat-triq.

Fil-ħin tal-impatt, mara ta’ 62 sena residenti l-Ħamrun nqabdet bejn iż-żewġ vetturi, filwaqt li raġel ta’ 69 sena residenti l-Ħamrun li kien fil-karozza Ford Fiesta sofra xi ġrieħi ukoll.

Xi vetturi oħra li kienu pparkjati sofrew ħsarat fl-inċident. Filwaqt li x-xufier ta’ 23 sena ma’ sofra ebda ġrieħi, tim mediku taw l-assistenza minnufih lillvittmi, iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Ir-raġel ta’ 69 ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport