Kien għall-ħabta tas-12.40pm meta mara ta’ 50 sena residenti Ħad Dingli kellha tidaħħal l-isptar wara li ħabtet ma’ siġra.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Daihatsu fit-Tela’ tas-Saqajja fejn għal xi raġuni tilfet il-kontroll u ħabtet ma’ siġra.
Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lil mara biex tinħareġ mill-karozza filwaqt li tim mediku marru b’ambulanza fejn wara li ngħata l-ewwel għajnuna ttieħded għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ, filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhix magħrufa.