Mara ddaħlet l-Isptar wara li llum għall-ħabta tal-12:15 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Notabile f’Bkara
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara mis-Serbja ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar, intlaqtet minn vettura tal-Malta Public Transport tat-tip King Long, li kienet qed tinstaq minn Filippin ta’ 41 sena residenti Tal-Pietà.
Fuq il-post issejħu t-tim tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tim mediku biex jagħti l-assistenza tiegħu lil-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u ħatret
inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.