Mara ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni wara li għall-ħabta tal-4:30 p.m kienet involuta f’inċident bejn tliet karozzi fi triq Sant Anna fil-Furjana.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn tliet karozzi li kienu qegħdin jinstaqu fid-direzzjoni tal-Ħamrun. Fortunatament jidher li dawk involuti fl-inċident ma sofrewx ġrieħi iżda minħabba li hi tqila, is-sewwieqa fl-ewwel karozza ttieħdet lejn l-Isptar bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-ewwel assistenza sakemm il-mara setgħet tittieħed lejn l-Isptar permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.