Monday, December 23, 2024

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Mara ta’ 61 sena mill-Ħamrun sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30p.m. fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn żewġ karozzi, it-tnejn tal-għamla Toyota Vitz, waħda misjuqa mill-mara li weġġgħet gravi u oħra misjuqa minn raġel ta’ 61 sena, residenti Birżebbuġa li sofra ġrieħi ħfief. Fil-karozza, mal-mara, kien hemm ukoll tifel ta’ 3 snin.

Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. It-tifel ta’ 3 snin ittieħed l-isptar biex jiġi żgurat li ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport