Friday, December 20, 2024

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku F’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9.30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Kymco Agility misjuq minn mara ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żabbar u karozza Mazda CX-3, misjuqa minn raġel ta’ 47 sena, residenti Ħal Għaxaq. 

Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm setgħet ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport