Mara kellha tiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:30 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal De Paule Ħal Balzan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li vettura Audi A1 misjuqa minn mara ta’ 31 sena, residenti Birkirkara kienet ħabtet ma’ żewġ vetturi li kienu pparkjati – tal-għamla VW u Hyundai, u nqalbet fuq il-ġenb tagħha.
Minnufih fuq il-post kienu msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.
Il-Mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.