Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., kienet involuta f’’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar tilfet il-kontroll tal-Land Rover Defender li kienet qed issuq u nqalbet.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieqa, u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.