Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni lllum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 65 sena residenti Birkirkara stess, intlaqtet minn vettura Renault Captur li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti in-Naxxar.
Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.