Friday, November 22, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Mara ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema sofriet ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8.15pm ntlaqtet minn karozza f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Ġulju San Pawl il-Baħar meta l-mara ntlaqtet minn Hyundai I10, li kienet qed tinstaq minn Libjan ta’ 55 sena residenti s-Swieqi.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikat li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport