Sunday, October 27, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn mutur f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tat-2:45 p.m. kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar stess intlaqtet minn mutur tal-għamla Yamaha, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġ persuni sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifkata li sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport