Thursday, December 26, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza

Aqra wkoll

Mara ta’ 69 sena, residenti Raħal Ġdid, weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-2.45p.m. fi Triq Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-mara weġġgħet wara li ntlaqtet minn Suzuki Swift, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Tarxien.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport