Monday, February 10, 2025

AĠĠORNAT … Mara u raġel bi grieħi ħfief wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Dan is-sit jiinsab infurmat li l-mara ta’ 29 sena residenti Santa Venera u r-raġel ta’ 29 sena residenti l-Marsa li ttieħdu l-Isptar wara li l-mara tilfet il-kontroll tal-vettura u nqelbet qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief.

Aktar kmieni: Mara u passiġġer l-Isptar wara li tilfet il-kontroll tal-vettura u nqelbet

Mara ta’ 29 sena residenti Santa Venera u raġel ta’ 29 sena residenti l-Marsa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, hekk kif għall-ħabta tal-10:15 a.m kienu involuti f’inċident fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara kienet qed issuq karozza bl-għamla Toyota Vitz, bil-konsegwenza li tilfet il-kontroll tal-vettura, ħabtet ma’ siġra u nqalbet.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Sa issa l-kundizzjonijiet tagħhom għadhom mhumiex magħrufa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport