Kien għall-ħabta tas-2.30pm meta mara li kienet qiegħda ssuq karozza Toyota Ractis tilfet il-kontroll u baqgħet dieħel f’arblu tad-dawl.
L-inċident seħħ fi Triq il-Marfa l-Mellieħa, direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa – eżatt fi triq tal-Bajja tal-Mellieħa.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena mir-Rabat Għawdex filwaqt li passiġġier magħha kien hemm raġel ta’ 29 sena mir-Rabat Għawdex ukoll.
Fuq il-post mar tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieqa u lill-passiġġier. Huma ttieħdu l-Isptar u l-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.
Minħabba li l-karozza kważi tinsab f’nofs tat-triq, qiegħed ikun hemm dewmien għal dawk kollha li jridu jaslu ċ-Ċirkewwa fosthom Għawdxin li sejrin lura d-dar mix-xogħol.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.