Wednesday, February 11, 2026

Mara u tifel iweġġgħu gravi f’inċidenti separati

Aqra wkoll

Ilbieraħ, mara u tifel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tattraffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00pm, fi Triq l-Isperanza, il-Mosta. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Niu li kien qed jiġi misjuq minn mara ta’ 54 sena residenti l-Mosta u Jeep misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti l-Mosta.

It-tieni inċident seħħ ukoll għall-ħabta tal-5.00pm, fi Triq il-Kappuċċini, Ħaż-Żabbar. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti ż-Żurrieq u scooter misjuq minn tifel ta’ 15-il sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti fejn il-mara u t-tifel ittieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport