Saturday, February 7, 2026

Maratona ta’ kant minn Ozzy Lino bl-appoġġ ta’ Xjenza Malta b’riżq is-saħħa mentali għal iżjed għarfien lejn is-saħħa mentali.

Aqra wkoll

Dr Lydia Abela mart il-Prim Ministru Robert Abela, u Sarah Bajada il-partner tal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alex Borg, huma fost il-personalitajiet li żaru l-maratona ta’ kant minn Ozzy Lino bl-appoġġ ta’ Xjenza Malta b’riżq is-saħħa mentali għal iżjed għarfien lejn is-saħħa mentali.

48 siegħa ta’ tama, kuraġġ u għarfien lejn is-saħħa mentali.

Leħen wieħed. Missjoni waħda f’Maratona ta’ kant minn Ozzy Lino akkumpanjat minn bosta artisti oħra lokali.

Maratona li tibqa’ għaddejja sa għada sat-8pm fis-Sala tal-Planetarium tal-Esplora, b’kollaborazzjoni, ma’ Xjenza Malta.

Is-saħħa mentali m’għandiex età, m’għandiex fruntieri, għandha iżda ħaġa waħda – dik li lkoll kemm aħna naħdmu biex ikollna aktar għarfien f’dan il-qasam.

Fil-qofol bosta tfal bl- ADHD, OCD u anke Awtizmu li għandhom mhux biss bżonn sostenn huma imma anke l-qraba tagħhom.

Hemm ġenituri li għandhom bżonn  l-għajnuna, kif ukoll ħaddiema u anke dawk akbar fl-età. 

Għalhekk li Ozzy Lino ħareġ b’din l-inizjattiva, biex jgħin jinġabru fondi għal tlett organizzazzjonijiet il-Caritas, Richmond Foundation u anke l-Assoċjazzjoni dwar is-saħħa mentali f’Għawdex.

Dan huwa att uman jgħid Ozzy Lino, mhuwiex sempliċiment kunċert, iżda prova tal-ispirtu uman.

Kull donazzjoni f’din il-maratona ser tgħin lil ħaddieħor.

SMS

50618175 – €6.99

50619210 – €11.65

Phone-in  

51802027 – €25

51902052 – €50

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport