Sunday, December 22, 2024

Maratona ta’ Malta karatterizzata minn bosta rekords

Aqra wkoll

Rebħa f’ħin rekord fit-38 Maratona MC Adventure Malta. Għaxar snin wara Muhammed Hajjy, kien Marokkin ieħor – Redouan Nouiri – li waqqaf ir-rekord il-ġdid b’ħin ta’ 2:13:18 (ir-rekord tal-korsA preċedenti kien 2:16:06), filwaqt li fost in-nisa, rekord li dam 29 sena (imwaqqaf minn Carolyn Hunter Rowe fl-1994 b’2:40:28) tħassar mill-Iskoċċiża (li tgħix Malta) Jemina Farley li ġriet ħin ta’ 2:36:51.

Joe Micalleff, organizzatur tat-38 MC Adventure Malta Marathon, saħaq: “Ir-riżultat tal-avveniment huwa straordinarju. In-numru ta’ parteċipanti kien ta’ profondità teknika kbira. Konna konvinti li kemm fost l-irġiel kif ukoll in-nisa, kien hemm cans li jinkisru r-rekords, iżda Nouiri u Farley verament kisbu ħinijiet mill-aqwa.

Redouan Nouri ta’ 35 sena, li għandu l-aħjar ħin personali ta’ 2:13:03, qasam il-linja finali qabel il-Marokkin l-ieħor, Hicham Boufar it-tieni f’ħin ta’ 2:18:12 u Andrew Grech, it-tielet globalment f’ħin ta’ 2:31:42 u, għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu, l-ewwel mill-Maltin fil-Maratona ta’ Malta Mc Adventure.

“Ninsab sodisfatt ħafna bir-rebħa u li waqqaft rekord ġdid tal-kors,” qal Nouiri. “Il-korsa hija sabiħa ħafna, iżda, f’ċerti taqsimiet, ir-riħ kien tedjanti. Irrid nifraħ lill-organizzaturi talli ġabru avveniment prattikament perfett.

Fost in-nisa, Jemina Farley mexxiet it-tellieqa mill-ewwel sal-aħħar kilometru, u tejbet mhux biss ir-rekord tat-tellieqa tagħha, iżda wkoll l-aħjar personali tagħha bi kważi sitt sekondi (kienet poġġietha fil-Maratona ta’ Loch Ness f’ħin ta’ 2:42). Farley kienet quddiem Josann Attard Pulis (it-tieni f’ħin ta’ 2:55:55) u Dzintra Grech (it-tielet f’ħin ta’ 3:11:19).

In-Nofs Maratona kienet iżda ddominata minn atleti Maltin. Fost l-irġiel, Luke Micallef rebaħ f’1:06:55 quddiem Shaun Galea (it-tieni f’ħin ta’ 1:11:06) u Aaron Mifsud (it-tielet f’ħin ta’ 1:11:15), filwaqt li fost in-nisa, is-suċċess mar għal Lisa Bezzina, l-ewwel f’1:19:03, qabel Edit Filo (it-tieni f’ħin ta’ 1:25:24) u Sophia Moosbrugger (it-tielet f’ħin ta’ 1:26:58).

Fost is-70 nazzjon barrani preżenti fil-bidu, l-Italja ppreżentat l-akbar total ta’ atleti. L-Ambaxxatur Taljan f’Malta, Fabrizio Romano, ippreżenta premju speċjali lill-aqwa atleti Taljani (irġiel u nisa) kemm fil-Maratona kif ukoll fin-Nofs Maratona.

Għal riżultati u klassifiki sħaħ, wieħed jista’ jżur il-websajt uffiċjali tat-38 Maratona ta’ Malta Mc Adventure: www.maltamarathon.com.

Ekonomija

Sport