Saturday, December 14, 2024

Marc-Andre ter Stegen illum se jilħaq id-dehriet ta’ Ramallets

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Barcelona, Marc-Andre ter Stegen, mhux biss huwa wieħed mill-captains tagħhom, iżda sar wieħed mill-iktar players li ilu jservu lill-club. Il-Ġermaniż qed joqrob lejn l-10 snin fil-kapitali tal-Katalunja, u qed jibda jagħmel avvanzi serji fil-kotba tar-rekords tagħhom.

Ter Stegen, ta’ 31 sena, kien ġie trasferit mingħand Borussia Monchengladbach iżda wara Sergi Roberto, ilu fin-Nou Camp aktar minn ħaddieħor. Meta għadu kif iffirma estensjoni tal-kuntratt sal-2028, jidher li se jkun għadu fil-madwar għal xi żmien.

Id-dehra li jmiss tiegħu, x’aktarx tkun dik tal-lum kontra Porto fiċ-Champions League, se tkun it-387 waħda tiegħu, li se tieħdu livell mal-leġġenda tal-club, Antoni Ramallets. 

‘Il-qattus bil-ġwienaħ’ kien l-ewwel goalkeeper kbir ta’ Barcelona skond l-livelli ta’ ħafna nies, u baqa’ bejn il-lasti għal 15-il sena mill-1947 sal-1962. Huwa beda l-karriera tiegħu mal-club ta’ Gracia Europa fl-1942, lagħab ma’ San Fernando, Real Mallorca u Real Valladolid, qabel ma rritorna fil-Katalunja.

Ter Stegen ukoll se jitla’ ‘l fuq fil-lista ta’ dehriet billi jqabbel ma’ Ramallets. Bħalissa huwa jinsab indaqs ma’ Pep Guardiola, u se jitla’ fit-18-il post. Bla dubju, il-Ġermaniż se jitfa’ ħarstu fuq l-aqwa 10 fl-istaġuni li ġejjin. 

‘Charly’ Rexach ilaħħqu dik il-lista b’450 dehra, f’lista kompluta bil-kontemporanji ta’ Ter Stengen, li jinkludu lil Lionel Messi, Xavi Hernandez, Sergio Busquets, Andres Iniesta, Gerard Pique u Jordi Alba.

Ekonomija

Sport