Il-goalkeeper ta’ Barcelona, Marc-Andre Ter Stegen, kien qed jitkellem f’intervista ma’ rivista sportiva fejn stqarr li jixtieq ikun għażla awtomatika fit-team nazzjonali Ġermaniż waqt il-Kampjonat Ewropej tas-sena d-dieħla.
Hekk kif il-goalkeeper regolari Manuel Neuer għadu mweġġa’, Ter Stegen qed jittama li jeħodlu postu .
Ter Stegen qal li kull darba li rrappreżenta lil pajjiżu, kien ferm kburi. Hu għandu 30 sena u lagħab 30 darba għall-Ġermanja