Barcelona jinsabu viċin li jikkonkludu tiġdid fil-kuntratt mal-gowlkiper tagħhom Marc-Andre Ter Stegen. L-għan hu li l-gowlkiper Ġermaniż ta’ 31 sena jġedded il-ftehim magħhom sat-30 ta’ Ġunju 2025.
Ter Stegen ilu mal-Katalani sa mis-sena 2014 fejn lagħab 256 partita. Hu minn dejjem saħaq li jinsab ferm għal qalbu jilgħab f’Camp Nou.
Lura għas-sena 2020 meta kien hawn il-pandemija tal-COVID-19, Ter Stegen aċċetta li titnaqqaslu l-paga minħabba problemi finanzjarji li affaċċjaw dak iż-żmien.