Wednesday, December 25, 2024

Marc Marquez jeħlisha ħafif wara incident ikrah f’sessjoni ta’ prattika tal-Moto GP tal-Indoneżja

Aqra wkoll

Marc Marquez ma weġġax wara li waqa’ minn fuq il-mutur tiegħu f’veloċitá ta’ f’115mph hekk kif tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu f’sessjoni ta’ prattika tal-Moto GP tal-Indoneżja.

L-istaff tat-team Repsol Honda ta’ Marquez dehru ferm imħassba wara li raw il-ħabta b’veloċità għolja waqt sessjoni ta’ prattika għall-GP tal-Indoneżja.

Marquez tar minn “12 sa 15-il pied” fl-arja, fejn inqaleb qabel waqa’ mal-art u żżerżaq tul l-asfalt.

Marquez b’xi mod qam fuq saqajh u telaq mix-xena hekk kif it-tobba ħarġu biex jgħinuh.

Is-sitt darbiet champion tad-dinja tal-MotoGP ittieħed l-isptar u bla sorpriża kien meqjus bħala “mhux tajjeb” biex isuq fiċ-Ċirkwit Internazzjonali tal-Mandalika International Street Circuit.

Marquez ġie djanjostikat b’concussion wara dan l-inċident iżda fortunatament għalih ħareġ miċ-ċirkiwt relattivament mingħajr injuries.

Ekonomija

Sport