Saturday, October 12, 2024

Marcel Sabitzer fir-radar ta’ Roma

Aqra wkoll

AS Roma qed ifittxu plejer ta’ nofs il-grawnd sabiex isaħħu aktar dan id-dipartiment tant importanti. Il-kowċ tal-Giallorossi Jose Mourinho qed jaħseb sabiex juża’ l-metodu tattiku ta’ 3-5-2 li xi kultant jista’ jsir 4-3-3 skont il-bżonn. 

Wara li ħadu lil Houssem Aouar, issa d-diriġent Tiago Pinto qed jaħdem sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder Marcel Sabitzer.

Dan tal-aħħar għandu 29 sena u hu internazzjonali Awstrijak li jista’ jgħin biex jgħaqqad id-difiża mal-attakk. Pinto qed jaħdem sabiex jagħti rigal lil Mourinho li tant jixtiequ.

Sport