Monday, December 23, 2024

Marcelo Brozovic irid jibqa’ ma’ Inter

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, qal li Marcelo Brozovic ‘irid jibqa’ ma-Nerazzurri’, bil-club qed jaħdem qatigħ biex jiffirmah b’kuntratt ġdid “mill-aktar fis possibbli”.

Il-player ta’ 29 sena reġa’ kien player ewlieni għat-team Taljan f’dan l-istaġun, fejn għamel 30 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja goal wieħed u pprovda żewġ assists fil-proċess.

Il-ftehim attwali ta’ Brozovic ma’ Inter għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u rapport riċenti sostna li Barcelona huma determinati li jiffirmawh bi free transfer.

Madankollu, Marotta saħaq li l-internazzjonali tal-Kroazja huwa ħerqan li jestendi l-esperjenza tiegħu man-Neroazzurri, bil-club jittama li “li jikkonferma kuntratt ġdid kemm jista’ jkun malajr”.

“Brozovic irid jibqa’ ma’ Inter u rridu nkomplu naħdmu miegħu bħala player ewlieni. M’hemmx dubju minn dan. Qed naħdmu biex il-kuntratt il-ġdid niffinalizzawh kemm jista’ jkun malajr,” qal Marotta.

Newcastle United, Manchester United u Tottenham Hotspur ġew ukoll akkreditati b’interess fil-Kroat, li deher f’272 okkażjoni għal Inter minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Dinamo Zagreb.

Ekonomija

Sport