L-aġent tal-attakkant ta’ Real Madrid, Marco Asensio, ikkonferma li Arsenal kienu f’kuntatt dwar il-possibbiltà ta’ trasferiment fis-sajf.
Il-player ta’ 26 sena daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu mal-Los Blancos u qed ikun marbut ħafna ma’ tluq mill-club qabel l-istaġun 2022-23.
Arsenal huma maħsuba li għandhom interess li jġibu lil Asensio fl-Emirates Stadium, u hija mistennija offerta ta’ £25 miljun biex Real Madrid iċedu lill-player internazzjonali ta’ Spanja.
L-aġent ta’ Asensio issa kkonferma li l-Gunners qegħdin fit-taqtiegħa biex jiffirmaw lill-attakkant, iżda se jiffaċċjaw kompetizzjoni iebsa mill-isfidanti tat-titlu tas-Serie A AC Milan.
“Aħna kburin bl-interess ta’ AC Milan. Ir-Rossoneri huma għażla anke jekk ikun hemm offerti minn clubs Ingliżi, fosthom Arsenal. Aħna lesti nevalwaw kull għażla,” qal l-aġent ta’ Asensio.
Asensio skorja 10 goals u pprovda assist wieħed f’34 partita għat-team immexxi minn Carlo Ancelotti f’dan l-istaġun, iżda ma ġiex utilizzat għas-spejjeż ta’ Federico Valverde fir-rebħa tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League tal-Erbgħa kontra Chelsea.