AC Milan huma f’pożizzjoni tajba biex jassiguraw ftehim għall-midfielder ta’ Real Madrid, Marco Asensio, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-player ta’ 26 sena issa huwa meqjus biss bħala player marġinali fil-Bernabeu b’16 mit-33 dehra tiegħu fil-La Liga u fiċ-Champions League dan l-istaġun ġejjin minn fuq il-bank tas-sostituti.
Fi żmien meta l-player internazzjonali Spanjol fadallu ftit aktar minn 14-il xahar fuq il-kuntratt tiegġu, ħalla lill-partijiet kollha jikkontemplaw il-fażi li jmiss tal-karriera tal-player.
AC Milan huma l-favoriti ċari li jiksbu ftehim għalih wara li diġà kellhom diskussjonijiet inkoraġġanti mar-rappreżentanti tiegħu.
Għalkemm huwa ssuġġerit li t-talbiet tal-pagi tat-team ta’ Asensio kienu ogħla minn dak li AC Milan kienu ttamaw li jħallsu inizjalment, hija mistennija riżoluzzjoni pożittiva bejn il-partijiet rilevanti b’Asensio jingħad li hu ħerqan li jingħaqad mar-Rossoneri.
Minkejja li Arsenal qalu li għandhom interess qawwi fil-player, Asensio jista’ jidher lest li jaċċetta termini aktar baxxi f’San Siro biex jissiġilla trasferiment għall-club mis-Serie A.