Miktub minn CARMEN CACHIA
L-elezzjoni għall-eżekuttiv il-ġdid tal-Malta Union of Teachers (MUT) għas-sena 2020 ġie fi tmiemu fejn Marco Bonnici reġa’ ġie kkonfermat bħala l-President il-ġdid ta’ din il-unjin tal-edukaturi ewlenija f’Malta, mentri Elaine Germani ntgħażlet bħala l-Viċi President.
F’intervista li saritlu ma’ L-ORIZZONT u dan is-sit fil-perjodu ta’ din l-elezzjoni, Marco Bonnici ħabbar li ħadd ma kkontestah għall-pożizzjoni ta’ President. Din il-fiduċja lejh se tkompli tagħtih l-enerġija biex bħala President tal-MUT jaħdem għall-ġid tal-edukaturi kif ukoll biex is-settur edukattiv f’Malta jkompli jissaħħaħ.
Il-proċess tal-elezzjoni sar minn Erreme Business Advisory Ltd. u fih il-membri tal-MUT għażlu l-President, il-Viċi President, il-Kunsill, kif ukoll sezzjonjiet oħra fi ħdan din il-unjin. Id-dettalji kollha ta’ kif se jkun il-Kunsill il-ġdid tal-MUT se joħroġu aktar tard.
Filwaqt li awgurat lill-membri eletti l-ġodda, l-MUT irringrazzjat lill-kandidati kollha kif ukoll lill-membri tas-sostenn kontinwu tagħhom.
Barra minnhekk l-MUT irringrazzjat lill-Kunsill li serva f’dawn l-aħħar snin b’mod speċjali lill-Viċi President ,Norman Grech, li se jirtira.
Aqra wkoll: