Dirk Hebel, li hu l-aġent tal-captain ta’ Borussia Dortmund Marco Reus, tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-klijent tiegħu li jiskadilu l-kuntratt mat-tim Ġermaniż fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Hu qal li kuntrarju għal xi aħbarijiet li ħarġu dan l-aħħar, għad m’hemm l-ebda ftehim dwar it-tiġdid fil-kuntratt tiegħu u għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.
Reus kiber fl-akkademja ta’ Borussia Dortmund u ilu jilgħab fl-ewwel tim sa mis-sena 2012. S’issa hu lagħab 380 partita u skorja 161 gowl filwaqt li rreġistra 120 assist.