Thursday, April 17, 2025

Marco Silva favorit li jilħaq kowċ ta’ Tottenham

Aqra wkoll

Il-kowċ Marco Silva jinsab mħawwad bejn il-lealtà lejn il-klabb li qed imexxi u opportunità ġdida li tista’ tiġih, b’Tottenham Hotspur allegatament iħares lejn il-manager ta’ Fulham hekk kif tiżdied il-pressjoni fuq Ange Postecoglou li xejn m’hu sejjer tajjeb ma’ The Spurs.

Is-17-il telfa tal-istaġun, li waslet kontra Wolves nhar il-Ħadd li għadda, ħalliet lil Tottenham fil-15-il post fil-Premier League Ingliż. Din il-ġirja fqira ta’ riżultati żiedet l-iskrutinju fuq il-futur ta’ Postecoglou fit-tmun.

Min-naħa l-oħra, bosta gazzetti faħħru x-xogħol ta’ Silva li ġab stabbiltà u ambizzjoni tant meħtieġa fi Craven Cottage. Huwa rnexxielu jmexxi lil Fulham lejn pożizzjonijiet aktar għolja fil-klassifika u mhux ta’ b’xejn li d-diriġenti ta’ Tottenham qed iħarsu lejn il-firma tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport