Friday, September 13, 2024

Marco Verratti jitkellem dwar it-tema tal-imħatri llegali

Aqra wkoll

L-eks plejer ta’ Paris St Germain u issa ma’ Al Arabi Marco Verratti tkellem dwar is-sitwazzjoni li għaddejjin minnha t-tliet plejers Taljani Sandro Tonali, Nicolo Zaniolo u Nicolo Fagioli. Hu qal li dak kollu li għamlu fuq l-imħatri llegali hu gravi ħafna għax huma jridu jkunu ta’ eżempju għal min isegwihom.

Minkejja kollox, hu rrikonoxxa li kulħadd hu uman u suġġett għall-iżball u hawn ikkritika bl-aħrax il-mezzi tax-xandir Taljani li skont hu sawwtu lill-plejers b’numru ta’ artikli dettaljati u xi kultant personali.

Verratti qal li t-tliet plejers issa jafu li żbaljaw, se jbatu l-konsegwenzi iżda għandhom bżonn l-għajnuna kollha neċessarja.

Ekonomija

Sport