Friday, September 13, 2024

Marco Verratti u Julian Draxler għall-Qatar

Aqra wkoll

Marco Verratti u Julian Draxler se jitilqu lil Paris St Germain sabiex imorru jilagħbu fil-Qatar. F’dan il-pajjiż, is-suq tat-trasferimenti jagħlaq fit-18 ta’ Settembru li ġej u għalhekk dawn in-negozjati għadhom jistgħu jsiru.

Hekk kif Verratti sejjer jilgħab ma’ Al Arabi, Draxler għadu qed jinnegozja ma’ xi klabbs li minkejja kollox ma ssemmewx.

Iż-żewġ plejers mhumiex fil-pjan tal-kowċ ta’ PSG Luis Enrique. Huma kellhom imorru jilagħbu fl-Arabja Sawdija iżda xi negozjati li kien hemm waqgħu.

Ekonomija

Sport