Membri tad-dressing room ta’ Chelsea sostnew li Marcos Alonso jista’ jkun li lagħab l-aħħar logħba tiegħu mal-cubb.
Minn mindu Ben Chilwell sofra injury serja fl-irkoppa f’Novembru, Alonso kien regolari fid-difiża fuq in-naħa tax-xellug, u aġixxa bħala sostitut mill-inqas sa tmiem l-istaġun.
Kontra Wolverhampton Wanderers is-Sibt, l-Ispanjol kien qed jibda d-disa’ partita kosnekuttiva mill-waqfa internazzjonali ta’ Marzu, iżda l-player ta’ 31 sena ma deherx fit-tieni taqsima.
Huwa mifhum li Alonso kien involut f’battibekk ma’ Thomas Tuchel waqt il-mistrieħ li rriżulta fl-irtirar tiegħu.
Barra minn hekk, qed jingħad li wħud minn sħabu jħossu li Alonso issa lagħab l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk ta’ Chelsea, fost spekulazzjoni qawwija dwar trasferiment ma’ Barcelona.
Alonso, li fil-passat lagħab ukoll ma’ Real Madrid, jingħad li qed jiffavorixxi trasferiment fil-Camp Nou fi żmien meta fadallu ftit aktar minn sena fil-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea.