Friday, November 15, 2024

Marcos Alonso jilħaq ftehim ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Huwa mifhum li d-difensur ta’ Chelsea Marcos Alonso diġà laħaq ftehim ma’ Barcelona fuq termini personali, hekk kif il-club Katalan għamel offerta biex jiffirmah dan is-sajf.

L-internazzjonali ta’ Spanja reġa’ kien player importanti għall-Blues matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 46 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra ħames goals u sitt assists fil-proċess.

Madankollu, il-kuntratt ta’ Alonso fi Stamford Bridge għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu f’dawn l-aħħar xhur.

Ekonomija

Sport