Ġurnali Spanjoli ħarġu l-aħbar li d-difensur Marcos Alonso se jħalli lil Barcelona fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Fil-fatt, il-Katalani mhux beħsiebhom iġeddulu l-kuntratt tiegħu u għalhekk hu lest li jibda avventura x’imkien ieħor.
Matul dan l-istaġun, l-eks difensur ta’ Fiorentina ftit lagħab ma’ Barcelona tant li skont statistika miġbura mill-istess ġurnali hu lagħab biss seba’ logħbiet bejn il-kampjonat u l-UEFA Champions League għal total ta’ 299 minuta biss.
Sadanittant anke Sergi Roberto jista’ jiġrilu l-istess sitwazzjoni hekk kif Barcelona mistennija jġibu demm ġdid lejn it-tim tagħhom.