Marcus Rashford kompla fejn ħalla fit-Tazza tad-Dinja meta kien il-protagonista fir-rebħa ta’ Manchester United fuq Burnley bl-iskor ta’ 2-0 liema partita kienet valida mil-League Cup.
Kien Christian Eriksen, kien li fetaħ l-iskor għar-Red Devils ftit qabel in-nofs siegħa logħob wara li Aaron Wan-Bissaka pprovda l-ewwel assist tiegħu minn Mejju 2021.
Iżda mbagħad fis-57 minuta, Rashford seraq ix-xena meta rdoppja b’azzjoni personali għeleb liż-żewġ difensuri Jack Cork u Jordan Beyer qabel ma xeħet il-ballun fix-xibka biex irreġistra d-disa’ goal tiegħu tal-istaġun.
It-team tal-Premier Nottingham Forest mar għand Blackbur u ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 4-1 bil-goals jaslu minn Brennan Johnson (13, 92), Jesse Lingard (53) u Taiwo Awoniyi (79) filwaqt li Scott Wharton (43) kiseb id-draw momentarju għat-team ospitu.
Min-naħa l-oħra, it-team tal-Premier Brighton safa eliminat minn dak taċ-Championship, Charlton, 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 0-0.