L-attakkant ta’ Manchester United, Marcus Rashford, qed jikkunsidra l-futur tiegħu fil-club fost it-taqbida tiegħu beix jiskeb post mal-ewwel 11.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena deher biss mill-ewwel tisfira f’disa’ okkażjonijiet fl-istaġun tal-Premier League 2021-22, għalkemm kien nieqes sa Ottubru b’injury fl-ispalla.
Players bħal Anthony Elanga, Cristiano Ronaldo u Jadon Sancho ta’ spiss kienu ppreferuti minn Rashford f’dan l-istaġun, bil-internazzjonali Ingliż jilgħab biss 26 minuta fit-telfa tad-derby ta’ Manchester kontra Manchester City fi tmiem il-ġimgħa.
Huwa mifhum li Rashford qed ‘jikkunsidra bis-serjetà’ li jħalli Old Trafford fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, għalkemm jittama li s-sitwazzjoni tiegħu tibda titjieb.
Manchester United jistgħu ma jaċċettawx talba potenzjali ta’ trasferiment mill-player ta’ 24 sena, li hu marbut mar-Red Devils sal-2023 bl-għażla ta’ 12-il xahar addizzjonali.
Rashford skorja ħames goals u pprovda żewġ assists f’24 dehra dan l-istaġun, u b’hekk tella’ t-total tiegħu għar-Red Devils għal 93 goal u 58 assist f’295 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.