Saturday, December 28, 2024

Marcus Rashford jirritorna għat-taħriġ ma’ Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United Marcus Rashford irritorna għat-taħriġ ma’ Manchester United din il-ġimgħa wara aktar minn xahar barra minħabba injury.

Wara tmiem il-Euro 2020, iż-żagħżugħ ta’ 23 sena għadda minn operazzjoni b’suċċess biex jirkupra minn injury li kienet ilha tħabbtu fl-ispalla.

L-Ingliż gradwalment kien qed jibni triqtu lura għall-forma fiżika sħiħa qabel ma jagħmel l-ewwel dehra tiegħu tal-istaġun il-ġdid, u issa deher jitħarreġ mal-ewwel team f’Carrington.

Huwa maħsub li l-attakkant ikun disponibbli biex jilgħab fil-bidu tax-xahar id-dieħel.

Hekk kif Rashford jirritorna, hu se jiffaċċja kompetizzjoni severa għal post fil-formazzjoni tal-bidu, issa li Ole Gunnar Solskjaer għandu għadd kbir ta’ għażliet fl- attakk għad-dispożizzjoni tiegħu.

Bl-iffirmar tas-sajf Cristiano Ronaldo mistenni jmexxi l-attakk fuq bażi regolari bħala l-attakkant ċentrali, Rashford x’aktarx se jkun qed jikkompeti ma’ players bħal Mason Greenwood u Jadon Sancho għal post f’dan id-dipartiment.

Ekonomija

Sport