Iċ-ċaqliqa li kienet se ssir fejn Marcus Rashford kien se jingħaqad ma’ Barcelona matul dan ix-xahar ta’ Jannar mhux se tkun possibbli minħabba problemi finanzjarji u ħafna restrizzjonijiet li qed jaffaċċjaw il-klabb mill-Katalunja.
F’dawn l-aħħar jiem, il-plejer ta’ Manchester United li se jiċċaqlaq żgur minn Old Trafford, kien qed jissemma’ li jista’ jilgħab fl-Istadium Olimpiku ta’ Barcelona. Fattur ieħor li se jimpedixxi dan hu l-fatt li Ansu Fati iddeċieda li jibqa’ mal-Blaugrana minkejja li ftit qed jingħata ċans mill-kowċ Hansi Flick.