Il-coach, Erik ten Hag, ikkonferma li Marcus Rashford se jibqa’ ma’ Manchester United għal tal-inqas staġun ieħor fost interess minn Paris Saint-Germain.
Il-kuntratt ta’ Rashford jintemm f’Ġunju li ġej iżda għandu klawsola li l-club għandu d-dritt għal għażla ta’ sena oħra.
Bil-president ta’ PSG Nasser Al-Khelaifi jesprimi interess qawwi fl-attakkant bħala aġent ħieles, indirettament ġiegħel lill-United biex jibdew in-negozjati mal-player prodott tal-club biex jibqa’ jilgħab f’Old Trafford.
Bħalissa Rashford qed jimpressjona fil-wirjiet tiegħu fejn s’issa skorja tmien goals u rreġistra tliet assists f’19-il partita.
Huwa kien ukoll kien strumentali biex għen lill-Ingilterra jaslu sal-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja.