Saturday, September 14, 2024

Marcus Thuram jippreferi lil Inter minn Milan

Aqra wkoll

Rapporti fi Franza u fl-Italja qed isostnu li Marcus Thuram iddeċieda li jingħaqad ma’ Inter aktar milli ma’ Milan proprju fl-aħħar minuta. 

Il-player huwa agent ħieles wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Borussia Monchengladbach tħalla jiskadi.

Huwa kien diġà ċaħad l-approċċ ta’ Paris St-Germain, u għalhekk deher li kien qed jimmira lejn ir-Rossoneri.

Madankollu, il-Ħamis filgħaxija ġie rrappurtat li Inter daħlu bl-offerta tagħhom u t-tentattiv kien ħafna aktar minn wieħed sempliċi biex ifixklu lir-rivali tal-istess belt.

 M’għandhiex tkun sorpriża wisq, għax l-ewwel kienu Inter qrib li jiffirmawh fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar, iżda ġew ittardjati minħabba injury.

Din hija daqqa ta’ ħarta kbira għal Milan, li diġà qed jiffaċċjaw reazzjoni rrabjata mill-partitarji tagħhom wara li qablu li jbiegħu lil Sandro Tonali lil Newcastle United.

Hija wkoll il-bidu tal-battalji tas-suq tat-trasferimenti bejn il-clubs, hekk kif Inter jibqgħu l-favoriti wkoll aktar minn Milan għall-midfielder ta’ Sassuolo, Davide Frattesi.

Ekonomija

Sport