Tliet timijiet qed ifittxu li jiksbu l-firma tal-winger Franċiż, Marcus Thuram. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u qed jispikka ferm fil-logħob tiegħu mal-linja xellugija tal-grawnd.
Sadanittant Inter, Juventus u Bayern Munich diġa’ kkuntattjaw lill-aġent tal-plejer li bħalissa qed jilgħab ma’ Borussia Monchengladbach.
Minkejja kollox, Thuram lest li jistenna sa Ġunju meta eventwalment jispiċċalu l-kuntratt mat-tim Ġermaniż.
Bħalissa Thuram jinsab involut mat-tim nazzjonali Franċiż fit-tazza tad-dinja fil-Qatar.