Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akkwakultura Maltin (FMAP) tħabbar li MareBlu Ltd, ir-raba’ l-akbar operatur tat-tonn f’pajjiżna, ingħaqdet b’mod formali mal-federazzjoni. B’dan l-istadju importanti, 100% tal-industrija tat-tonn ta’ Malta issa hija rappreżentata taħt organizzazzjoni waħda.
Dan l-iżvilupp jenfasizza r-rwol tal-FMAP bħala gwardjan tal-governanza tajba u s-sostenibbiltà ambjentali fl-akkwakultura. Ikompli jsaħħaħ l-impenn tal-FMAP għall-ogħla standards etiċi, legali u ambjentali, u jsaħħaħ l-allinjament ta’ Malta mal-prinċipji Ewropej tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u s-sostenibbiltà.
Fi stqarrija, l-FMAP qalet li hi tiżgura li s-settur ta’ Malta jaderixxi mal-aħjar prattiki internazzjonali u jinvolvi ruħu b’mod kostruttiv mal-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DG MARE) tal-Kummissjoni Ewropea.
FMAP tilgħab rwol importanti fil-fora internazzjonali bħal ICCAT u għadiet oħrajn internazzjonali li jaħdmu għall-konservazzjoni tat-tonn, il-ġestjoni tas-sajd, u l-impatti klimatiċi.
Skont l-aħħar figuri juru li l-industrija tat-tonn esportat medja ta’ €225 million fl-aħħar ħames snin u dan juri biċ-ċar l-importanza li dan is-settur għandu fl-ekonomija ta’ pajjiżna.
Dr Charlon Gouder, President tal-FMAP f’kummenti qal li “llum hu jum storiku għall-pajjiżna fejn jidħol is-settur tat-tonn. Issa l-operaturi kollha jinsabu taħt umbrella waħda – FMAP.”