L-eks midfielder offensiv Slovakk Marek Hamsik ħabbar li se jkun qed jirtira mil-logħba tal-futbol. L-eks plejer ta’ Napoli, li llum jgħodd 35 sena, kien qed jitkellem f’konferenza stampa li ta flimkien mal-kowċ ta’ Trabzonspor, it-tim li bħalissa qed jilgħab miegħu.
Hamsik qal li tkellem mal-familja tiegħu u ħa parir mingħandhom u waslu għall-konklużjoni li dawn il-jiem se jkunu l-aħħar drabi fejn se jkun qed jilbes iż-żarbun tal-futbol.