Il-Ħamis saru magħrufa s-semi-finalisti tal-League Cup meta ttellgħu l-poloz li rriżultaw hekk:
Arsenal v Newcastle
Tottenham v Liverpool
L-ewwel legs tas-semi-finali se jintlagħbu fis-7/8 ta’ Jannar, u t-tieni legs fl-4/5 ta’ Frar.
Il-finali se ssir f’Wembley Stadium fis-16 ta’ Marzu.
Tottenham v Man Utd – Spurs għaddew mal-aħħar erbgħa b’rebħa ta’ 4-3 fuq ir-Red Devils.
Kienu Spurs li fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn doppjetta ta’ Dominic Solanke (15, 54) u Dejan Kulusevski (47). Iżda Joshua Zirkzee (63) u Amad Diallo (70) skorjaw għall-United.
Peró Son Heung-Min (88) żied il-vantaġġ għal Spurs filwaqt li Jonny Evans (92) wieġeb għall-United.
Arsenal v C. Palace – Arsenal għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-2 grazzi għal hat-trick ta’ Gabriel Jesus (54, 73, 81).
Kien Jean-Philippe Mateta (4) li fetaħ l-iskor għall- viżitaturi iżda fit-tieni taqsima il-Gunners kienu trasformati meta skorjaw tliet goals mill-attakkant Brażiljan, bit-tieni goal jasal minn pożizzjoni ċara ta’ offside. Imbagħad Edward Nketiah (85) skorja għall-Palace iżda ma kienx biżżejjed.
Newcastle v Brentford – Newcastle ma tantx sabu diffikultá biex għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Sandro Tonali (9, 43) u Fabian Schar (69) filwaqt li Yoane Wissa (91) wieġeb għall-Bees.
Southampton v Liverpool– Liverpool marru Southampton u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Darwin Nunez (24) u Harvey Elliot (32) filwaqt li Cameron Archer (59) naqqas il-marġin għas-Saints.