Maria Sole Ferrieri Caputi ingħatat l-inkarigu biex tikkontrolla l-partita li jmiss bejn Sassuolo u Salernitana biex se ssir l-ewwel referee femminili tas-Serie A.
Ir-referee Taljana ta’ 32 sena ġiet promossa għall-ogħla diviżjoni wara li hija ilha timpressjona minn meta bdiet tirreffja logħbiet mis-Serie D u mis-Serie C.
Fl-istaġun li għadda, Ferrieri Caputi kkontrollat l-ewwel partita tagħha fis-Serie B, fid-draw bejn Cittadella u Spal biex fl-istess waqt hija saret l-ewwel referee mara li kkontrollat fis-Serie B.