Wednesday, July 23, 2025

Maria Farrugia tiffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Bristol City

Aqra wkoll

L-attakkanta tat-tim nazzjonali Malti Maria Farrugia se tkompli l-karriera tagħha fil-futbol Ingliż wara li ffirmat kuntratt ta’ sentejn ma’ Bristol City.

Bristol City se jilagħbu fit-tieni diviżjoni tal-Ingilterra, issa magħrufa bħala Barclays Women’s Super League 2, fl-istaġun 2025/2026.

L-istaġun li għadda, huma spiċċaw fis-sitt post fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni li kien compost minn 11-il tim.

Farrugia qattgħet l-istaġun li għadda mal-klabb ta’ Sheffield United, fl-istess kampjonat, fejn skorjat tmien gowls fi 22 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.

Minkejja li l-Blades ġew relegati għat-tielet diviżjoni, Farrugia ħalliet impressjoni tajba wara li ġiet nominata wkoll għall-premju tal-Plejer tas-Sena tal-Kampjonat filwaqt li ġiet nominata b’żewġ gowls għall-aqwa gowl tal-istaġun – li eventwalment rebħet.

Il-plejer imwielda Għawdex, li fil-pssat lagħbet ma’ Sunderland, Durham u Sheffield, kellha rwol ewlieni fil-promozzjoni ta’ Malta għal-League B fil-UEFA Women’s Nations League. Farrugia skorjat 11-il gowl għal pajjiżna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport