Il-UEFA għadha kemm faħħret u tat l-awguri tagħha lill-kowċ Marie-Louise Eta li saret l-ewwel mara li kienet parti mill-istaff tekniku ta’ tim tal-futbol fil-UEFA Champions League.
Fil-fatt, Union Berlin li għadhom kemm keċċew lil Urs Fischer ħatru lil Eta bħala parti mill-istaff ta’ kowċis li se jmexxi lit-tim sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Union Berlin lagħbu kontra Braga f’nofs din il-ġimgħa u ġew draw ta’ 1-1 f’logħba li setgħu faċilment rebħu.
Eta għandha 32 sena u bħalissa qed tokkupa l-kariga ta’ assistent kowċ mat-tim mill-belt kapitali Ġermaniża.