Hekk kif Mario Balotelli iffirma ma’ Genoa, hu ħalla l-ewwel kummenti tiegħu mal-ġurnalisti preżenti meta mistoqsi dwar dan it-trasferiment u x’qed jistenna wara numru ta’ ġimgħat wieqaf minħabba li kien bla klabb.
L-attakkant ta’ 34 sena sostna li se jagħmel minn kollox biex iħalli l-marka pożittiva tiegħu fir-reġjun tal-Liguria. Hu rringrazzja lill-partitarji ta’ Genoa li laqgħuh b’idejhom miftuħa u saħaq li mhux se jiddiżappuntahom.
Bosta kritiċi qalu li Super Mario, kif inhu magħruf, irid jirranġa l-karattru diffiċli tiegħu għax ftit jista’ jħalli impatt fil-belt ta’ Genova.