Bournemouth jidher li qed jinteressaw ruħhom fid-difensur ta’ Lazio, Mario Gila. Il-klabb Taljan, għalissa, ma jidhirx lest jbigħuh.
Intant, Lazio ċaħdu allegazzjonijiet dwar kriżi finanzjarja u qalu li l-klabb għandu stabbiltà u m’hemmx lok għal tħassib.
Madankollu, diversi sorsi indikaw li l-klabb għandu nuqqas ta’ €90 miljun u ma jistax jixtru plejers sakemm ma jbigħux. Lotito qal li s-sitwazzjoni tista’ tissolva, iżda hemm bżonn jiġu riveduti l-pjanijiet tas-suq.